Home Aħbarijiet Jingħataw il-premijiet għall-volontarjat

Jingħataw il-premijiet għall-volontarjat

2 minuti qari

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, ospitat iċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Voluntiera.
B’kollox ingħataw erba’ premji differenti. Il-‘Premju lill-Organizzazzjoni Volontarja tas-Sena’, ingħata lill-Hospice Malta. Il-‘Premju lill-Kumpaniji li jsostnu l-Għaqdiet Volontarji’ ingħata lil HSBC Bank Malta plc.
Il-‘Premju Voluntier Żgħażugħ’ intrebaħ minn ġuvni ta’ dsatax-il sena, Gabriel Hammett għax-xogħol volontarju li jagħmel bħala parti mis-St. John Ambulance. 
Il-‘Premju Nazzjonali tal-Volontarjat’, ingħata lil Ġemma Sirol.
F’diskors tal-okkażjoni, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca rringrazzjat lill-voluntiera kollha ta’ Malta u Għawdex għall-ġid kollu li jagħmlu. 
Filwaqt li rrikonoxxiet l-aħħar statistika nazzjonali tal-2013, li fiha kien irriżulta li 30% tal-Maltin huma nvoluta f’xi tip ta’ volontarjat f’xi waħda mill-1,050 organizzazzjoni reġistrata, Marie-Louise Coleiro Preca ħeġġet lil dawk l-organizzazzjonijiet li mhumiex reġistrati biex jiġu konformi mal-liġi tal-volontarjat u jirregolaw ruħhom.
Il-President ta’ Malta spjegat kif ġie deċiż li din is-sena jingħataw tliet premji ġodda.
Dan biex jirrifletti l-fergħa wiesgħa ta’ nies li ġejjin minn oqsma u minn livelli soċjali differenti.

Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott