Home Aħbarijiet Jinstab raġel mejjet fil-baħar

Jinstab raġel mejjet fil-baħar

minuta qari

Katavru ta’ raġel intlemaħ fil-bajja ta’ San Ġiljan.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt  li l-identità tar-raġel għadha mhux magħrufa.
Huwa nstab mil ’il bogħod mill-art, fl-inħawi ta’ Portamaso fis-6.30pm.
Huwa ttella’ mill-baħar mill-Forzi Armati ta’ Malta.