Home Aħbarijiet Jinstabu xi affarijiet ta’ żgħażagħ mitlufa

Jinstabu xi affarijiet ta’ żgħażagħ mitlufa

minuta qari

Żewġ żgħażagħ qed jiġu mfittxija wara li nstabu żewġ basktijiet mitlufa fl-inħawi tal-Imtaħleb, ħdejn il-Blata tal-Melħ.
Ma’ Newsbook.com.mt kelliema għall-Pulizija qalet li lbieraħ żewġ żgħażagħ minn Birkirkara u Birżebbuġa ħarġu bir-rota u baqgħu ma rritornawx.
L-affarijiet instabu fil-5am minn sajjieda li dlonk irrapportaw lill-Pulizija.
Fuq il-post hemm diversi membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll diversi klieb ifittxu liż-żgħażagħ.
Ritratt: arkivji