Home Aħbarijiet Jintbagħat il-ħabs wara li ttallab għall-karità

Jintbagħat il-ħabs wara li ttallab għall-karità

minuta qari

Rumen ta’ 64 sena intbagħat għaxart ijiem ħabs wara li ammetta li ttallab għall-karità. f'pajjiżna.
Ir-raġel li m’għandux saqaf fuq rasu tressaq quddiem il-Maġistrat Josetter Demicoli.
Il-Qorti appuntatlu avukat tal-fqar minħabba li ma kellux flus .
Huwa kien arrestat wara li nqabad jittallab fil-Belt Valletta ħdejn il-Palazz tal-President.