Home Lifestyle Jintgħażlu l-omm u l-missier tas-sena

Jintgħażlu l-omm u l-missier tas-sena

minuta qari

Lorinda Mamo u  Martin Grech ingħataw il-ġieħ tal-aħjar omm u l-aħjar missier mill-Malta Baby & Kids Directory.
Il-premjijet ġew ippreżentati minn Michelle Muscat waqt ċelebrazzjoni fl-Akwarju Nazzjonali tal-Qawra .
L-applikazzjonjiet fetħu f’Marzu fejn il-pubbliku kien mistieden jinnomina lil xi ħadd tal-familja jew xi ħabib.
L-istejjer ta’ dawn il-ġenituri jinsabu fl-aħħar edizzjoni tal-Malta Baby & Kids Directory.
Dante Pace rebaħ ukoll il-kompetizzjoni tat-tpinġija tat-tfal għall-faċċata ta' ktieb. It-tema kienet “Saving Malta’s Unique Environment.”
Il-ktieb huwa referenza għall-ġenituri u ‘carers’ tat-tfal f’Malta u Għawdex.  In-nisa tqal jistaw jakkwistaw kopja b’xejn mil ‘Maternity out patients’ ta’ Mater Dei. 
Żur is-sit www.maltababyandkids.com għal informazzjoni b’xejn dwar servizzi għall-ġenituri kollha li hemm fid-direttorju.