Home Aħbarijiet Jinżamm arrestat ir-raġel akkużat li aggredixxa lil xufier tal-karozza tal-linja

Jinżamm arrestat ir-raġel akkużat li aggredixxa lil xufier tal-karozza tal-linja

minuta qari

Raġel ta’ 29 sena minn Ħal Kirkop infaqa’ jibki xħin il-Qorti ddeċidiet li jinżamm arrestat, wara li kien akkużat li ħebb għal xufier ta’ karozza tal-linja b’sikkina.
Il-każ seħħ fis-16 t’April, meta r-raġel ħebb għax-xufier il-Belt Valletta wara li qallu li kellu biljett skadut.
Quddiem il-Maġistrat Grazio Mercieca, ir-raġel ċaħad l-akkużi li kkawżalu ġrieħi ħfief, li heddu,li kiser l-ordnijiet ta’ uffiċjal pubbliku u li kien riċediv.
Minkejja li d-difiża argumentat favur il-ħelsien mill-arrest, il-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużat juża’ s-servizz tat-trasport pubbliku frekwentament u faċilment jista’ jerġa’ jiltaqa’ max-xufier.