Home Aħbarijiet Jisirqu mid-dar tal-Kappillan ta’ Birżebbuġa

Jisirqu mid-dar tal-Kappillan ta’ Birżebbuġa

minuta qari

Ilbieraħ filgħaxija persuni mhux magħrufa daħlu fid-dar parrokjali ta’ Birżebbuġa biex jisirqu.
Ma’ Newsbook.com.mt, il-Kappillan ta’ Birżebbuġa, Dun Anton Galea Scanura qal li s-serqa kienet waħda żgħira u kull ma nsteraq kienu ftit flus u xi oġġetti żgħar.
Minkejja dan serraħ ras kulħadd li ħadd ma’ weġġa’. Hu ma kienx id-dar fil-ħin tas-serqa.
Kelliem għall-Pulizija wkoll ikkonferma li l-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8:20 fi Triq il-Kurat Fenech.