Home Aħbarijiet Joħroġ jispara b’arma tan-nar waqt argument f’Ħal Għaxaq

Joħroġ jispara b’arma tan-nar waqt argument f’Ħal Għaxaq

minuta qari

Argument żviluppa f’Ħal Għaxaq kmieni wara nofsinhar.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li ftit wara s-1.30pm żviluppa argument bejn xi ġirien Sqaq numru 4 fi Triq Santa Marija fejn allegatament wieħed mill-persuni involuti tela' fuq il-bejt b’arma tan-nar u spara.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li membri mit-taqsima tar-Rapid Intervention Unit marru fuq il-post u kkontrollaw is-sitwazzjoni.
Ir-raġel ġie arrestat.
Ritratt: Arkivji