Home Aħbarijiet Kaċċa: Fil-midja barranija jingħad li Malta għandha titkeċċa mill-UE

Kaċċa: Fil-midja barranija jingħad li Malta għandha titkeċċa mill-UE

minuta qari

Ftit tal-ħin biss wara li tħabbar li l-kamp tal-IVA favur il-kaċċa fir-rebbiegħa rebaħ ir-referendum, Malta attirat l-attenzjoni ta’ għadd ta’ aġenziji internazzjonali tal-aħbarijiet.
Fost dawn kien hemm il-BBC u The Guardian kif ukoll  l-istazzjon tal-aħbarijiet Ewropew Euronews.
Fuq Twitter, kienu bosta dawk il-barranin li esprimew id-diżappunt tagħhom u ddiskutew dak li ġara f'Malta.
Permezz tal-hashtags #malta u #maltaslaughter, mijiet qalu li l-Maltin għandhom jistħu b’dak li ġara.
Fost oħrajn kien hemm min qal li r-riżultat tar-referendum “juri ħafna dwar x’tip ta’ nies huma l-Maltin.”
Kien hemm ukoll biex sostna li għandu jkun hemm boycott  filwaqt li oħrajn sostnew li Malta għandha titkeċċa mill-Unjoni Ewropa.