Home Sport ​Karting: Kyle Mercieca jħejji għal tmiem il-ġimgħa

​Karting: Kyle Mercieca jħejji għal tmiem il-ġimgħa

2 minuti qari

Kyle Mercieca, li għad għandu 16 il-sena, se jżied esperjenza oħra ta’ tellieqa tal-karting barra minn Malta fi tmiem din il-ġimgħa, meta se jtellaq fuq ic-cirkwit ta’ Vincenza Ispica ta’ Ragusa fi Sqallija fil-Kampjonat Reġjonali Taljan tal-Karting.
Din it-tellieqa tal-kampjonat kellha ssir fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, iżda kienet posposta b’ġimgħa.
Kyle ilu iżid esperjenza waħda wara l-oħra minn meta kellu 10 snin, iżda issa qed jieħu dawn it-tlielaq iktar bis-serjetà biex jikkwalifika mal-ewwel tlieta.
Ic-cirkwit ta’ Vincenza Ispica ta’ Ragusa twil 1,000 metru, u għandu serje sħiħa ta’ kantunieri u liwjiet u partijiet qosra dritti, bl-ikbar parti dritta ta’ 145 metru fil-parti tat-tluq.
Bis-saħħa tar-riżultati tajbin li diġà kiseb, Kyle mistenni jitgħallem dan iċ-ċirkwit fi żmien qasir u jittama li jispiċċa t-tellieqa mal-ewwel tlieta.
Permezz tas-sit tal-Karting Sicilia wieħed ikun jista’ jsegwi l-ħinijiet li Kyle se jkun qed jagħmel waqt il-provi u fit-tlielaq Pre-finali u Finali. 
Ritratt: Kyle Mercieca (numru 25) ilesti għall-aħħar tellieqa li ħa sehem fiha fi Sqallija