Home Kummerċ Teknoloġija “Kumpaniji Russi li jużaw software barrani mhux se jsibu xogħol”

“Kumpaniji Russi li jużaw software barrani mhux se jsibu xogħol”

minuta qari

Kumpaniji Russi tat-teknoloġija se jitilfu kuntratti u xogħol mingħand il-Gvern jekk ma jaċċettawx li jibdew jużaw biss software Russu.
Dan qalu l-President Russu Vladimir Putin fi stqarrija nhar il-Ġimgħa. Hu qal ukoll li istituzzjonijiet tal-Istat ma jistgħux jaħdmu jew jikkollaboraw ma’ kumpaniji li jużaw software barrani għax dawn huma ta’ riskju għas-sigurtà diġitali fil-pajjiż.
Putin sostna li kumpaniji li jużaw apparat u software barrani qed ipoġġu lir-Russja f’periklu kbir.
Diversi analisti qalu li l-President Russu qal dan fid-dawl tal-gwerra cyber li għaddejja bħalissa bejn diversi pajjiżi, speċjalment bejn ir-Russja u l-Istati Uniti.