Home Aħbarijiet L-Air Malta tibda ttir ukoll lejn Ragusa

L-Air Malta tibda ttir ukoll lejn Ragusa

minuta qari

Il-Linja Nazzjonali tal-Ajru, l-Air Malta, żiedet it-tielet ajruport fi Sqallija biex issa se tibda ttir ukoll lejn l-ajruport ta’ Cosimo fiż-żona ta’ Ragusa.
L-Air Malta se tibda topera dan is-servizz kull nhar ta’ Ġimgħa u nhar ta’ Ħadd mis-17 ta’ Diċembru.
In-nollijiet tal-Go Light tal-Air Malta se japplikaw fuq ir-rotta. Dan ifisser li passiġġier jista’ jmur Ragusa bi €39 għal kull direzzjoni, bit-taxxi u t-tariffi inklużi.
Is-sajf li għadda, l-Air Malta reġgħet bdiet topera lejn Palermo apparti 14-il titjira fil-ġimgħa lejn Katanja.
Meta wieħed iżur il-Belt ta’ Ragusa Ibla, ikollu wkoll l-opportunità li jżur bliet oħra pittoreski fil-viċin, fosthom Modica u Scicli, kollha Patrimonju Dinji tal-Unesco.
Apparti l-veduti, dawn l-ibliet huma magħruda għall-ikel tradizzjonali u nbejjed.
Iżjed dettalji fuq is-sit tal-Air Malta.