Home Aħbarijiet ​L-Arċisqof se jqaddes fil-Katidral ta’ Westminster

​L-Arċisqof se jqaddes fil-Katidral ta’ Westminster

minuta qari

L-Arċisqof Charles Scicluna għada se jqaddes fil-Katidral ta’ Westminster, bħala parti mill-attivitajiet organizzati mill-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra b’kollaborazzjoni mal-Għaqdiet tal-Maltin fir-Renju Unit.
Mons. Scicluna ħalla Malta għal Londra dalgħodu.
Fir-Renju Unit, l-Arċisqof se jippresiedi ċelebrazzjoni liturġika fil-festa tal-Madonna tal-Vitorja, fl-okkażjoni ta’ Malta Day – UK, u jżur pazjenti Maltin rikoverati f’Londra.
Għada l-Arċisqof se jiltaqa’ wkoll mal-Maltin residenti l-Ingilterra, li ta’ kull sena jiċċelebraw il-festa tal-Madonna tal-Vitorja.
Il-Ħadd u t-Tnejn li ġej, l-Arċisqof se jżur il-pazjenti Maltin fl-appartamenti ta’ Puttinu Cares, u dawk rikoverati f’Sutton Hospital u King’s College Hospital.
L-Arċisqof se jasal lura Malta nhar it-Tlieta li ġej.