Home Aħbarijiet ​L-ebda dettall mill-Ministru dwar l-airstrip f’Għawdex

​L-ebda dettall mill-Ministru dwar l-airstrip f’Għawdex

minuta qari

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li f’din il-leġiżlatura, il-Gvern għandu programm elettorali ambizzjuż, iżda naqset milli tagħti dettalji dwar il-proġett tal-airstrip f’Għawdex.
F’mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi dwar jekk hemmx il-ħsieb li ssir green airstrip f’Għawdex u għaliex ma’ baqa’ jissemma xejn dwar dan, il-Ministru Caruana qalet li se jiġu esplorati diversi proġetti ġodda.