Home Aħbarijiet “L-ambjent irid ikun fid-DNA tal-investiment” – L-Isqof Grech

“L-ambjent irid ikun fid-DNA tal-investiment” – L-Isqof Grech

minuta qari

L-Isqof t’Għawdex, Mario Grech, qal li l-ambjent irid ikun fid-DNA tal-investiment, u l-ekonomija trid tkun ħabiba tal-bniedem, inkella l-bniedem malajr isir parti minn loġika tal-iskart li l-ewwel tarmih, imbagħad toqtlu.
L-Isqof għadda dawn il-kummenti waqt li kien qed jinawgura fergħa ġdida tal-Bank APS, u fid-diskors tiegħu enfasizza dik li sejħilha “vokazzjoni soċjali” tal-banek.
Mons. Grech irrefera għal dak li kiteb il-Papa Franġisku f’Evangelii gaudium, meta sostna li l-kriżi finanzjarja tiġi wkoll meta min ifassal l-ekonomija jinsa lill-bniedem, u għalhekk din il-kriżi hi wkoll waħda antropoloġika: il-bniedem jiċċaħħad mir-rwol tiegħu fl-ekonomija.
“L-attività finanzjarja tkun soda biss jekk ikollha pedament umanistiku”, żied l-Isqof.
Irrimarma iżda li rridu nifirxu s-suġġetti li jaqgħu taħt l-etika finanzjarja, u mhux nieqfu nitkellmu biss dwar is-suq tal-armamenti jew l-industrija farmaċewtika jew fit-tax havens.
Temm jgħid li investiment ma jkunx etiku jekk jirrendi l-qligħ imma ma jagħtix kas tal-ambjent.
Ritratt: Arkivji