Home Lifestyle L-ewwel maltempata bis-silġ wara l-bieb…

L-ewwel maltempata bis-silġ wara l-bieb…

2 minuti qari

Qed jiġi previst li nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej hemm possibilità li l-gżejjer Maltin jesperjenzaw maltempata bir-ragħad u bis-silġ.
Skont is-sit FirstMalta, li joffri servizz ta' tbassir tat-temp, waqt ix-xita mistennija buffuri ta' riħ qawwi.
L-istess sit jgħid li l-ewwel traċċa tax-xita mistennija tinżel f’Malta, nhar is-Sibt għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħodu u tkompli sas-sagħtejn ta’ waranofsinhar. Imbassar li x-xita se terġa' tibda għall-ħabta tat-8 ta’ filgħaxija u l-maltemp mistenni li jilħaq il-gżejjer matul il-lejl. Ix-xita mistennija li tkompli sal-Ħadd waranofsinhar.
It-Tnejn se jkollna temperaturi baxxi, bl-ogħla temperatura ta’ 13-il grad, li filgħaxija se tinżel għal 8 gradi.

Nhar is-Sibt li ġej, l-ogħla temperatura mistennija tkun 16-il grad.
Hu mbassar ukoll li t-temperaturi kiesħa mistennija jippersistu għall-ġimagħtejn li ġejjin. 
Skont it-tbassir tat-temp mill-Uffiċċju Meteoroloġiku ta’ Malta, nhar is-Sibt mistennija maltempata bir-ragħad u b’ħalbiet tax-xita. L-ogħla temperatura mistennija tkun 16-il grad u l-inqas temperatura 11-il grad.
L-ogħla temperatura l-Ħadd u t-Tnejn hi prevista li se tkun 11-il grad, bl-inqas tmien gradi.