Home Lifestyle ‘L-Eżodu taċ-Ċikonji’ jrebbaħ lil Walid Nabhan

‘L-Eżodu taċ-Ċikonji’ jrebbaħ lil Walid Nabhan

minuta qari

Il-kittieb Walid Nabhan rebaħ il-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura għall-2017.
Dan hekk kif bħalma jiġri kull tliet snin, din is-sena kien imiss lil Malta biex tagħżel wieħed mir-rebbieħa minn fost il-kittieba Maltin.
Nabhan, kittieb imwieled il-Ġordan f’familja ta’ refuġjati Palestinjani u kiseb iċ-ċittadinanza Maltija wara żmien twil jgħix f’Malta, ippubblika żewġ ġabriet ta’ novelli, ktieb tal-poeżiji, kif ukoll ir-rumanz ‘L-Eżodu taċ-Ċikonji’.
Dan ir-rumanz, li għalih ingħata l-premju, huwa dwar raġel Palestinjan imwieled f’kamp tar-refuġjati fil-Ġordan li sab ruħu jgħix Malta. Minbarra li huwa rakkont li jenfasizza r-relazzjonijiet bejn il-bnedmin f’sitwazzjonijiet diffiċli, huwa wkoll rakkont politiku.
F’Malta dan il-premju huwa rrappreżentat mill-Akkademja tal-Malti li hi membru tal-Kunsill Ewropew tal-Kittieba. Din is-sena, il-ġurija kienet magħmula mill-Professur Stella Borg-Barthet, Dr Stephen Bonanno, ir-Rev. Norbert Ellul Vincenti, Dr Marco Galea u Dr Adrian Grima.
Il-premju hu ffinanzjat mill-Programm Ewropea Kreattiva.