Home Aħbarijiet “L-intelliġenzi tat-tfal ma nistgħux ngħaffġuhom f’kaxxa waħda” – Grima

“L-intelliġenzi tat-tfal ma nistgħux ngħaffġuhom f’kaxxa waħda” – Grima

minuta qari

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo u s-Segretarju Parlamentari Clifton Grima żaru diversi skejjel fl-okkażjoni tal-bidu tas-sena skolastika.
Is-Segretarju Parlamentari, Clifton Grima, qal li l-ħiliet u l-intelliġenzi differenti tat-tfal ma jistgħux jinġabru f’keffa waħda, u għalhekk is-sistema edukattiva trid tadatta ruħha għall-kapaċitajiet ta’ kull student.
Waqt żjara fl-iskejjel primarji ta’ Santa Venera, ta’ San Ġwann u l-Kulleġġ ta’ San Ġorġ Preca, il-Ħamrun, kompla jgħid li t-tagħlim fl-iskola għandu jiżviluppa l-ħiliet, l-attitudnijiet, il-karattru u l-potenzjal tat-tfal, u mhux joħnoqhom. 
Min-naħa tiegħu l-Ministru Bartolo żar l-Iskola Primarja tal-Għargħur, l-iskola Primarja tan-Naxxar, u l-iskola Medja tal-Ħamrun. 
Il-Ministru appella biex l-edukaturi jsibu aktar appoġġ u apprezzament.
Enfasizza dwar il-bżonn ta' aktar diskussjonijiet għal titjib tal-kundizzjonijiet tal-edukaturi.
Ritratti: DOI – Jason Borg