Home Lifestyle L-Isla tagħtik merħba

L-Isla tagħtik merħba

minuta qari

Merħba Sengleana hija attività li se ssir nhar is-Sibt li ġej u li għandha l-għan li turi l-wirt kulturali u artistiku tal-Isla.
Din l-attività, li qed issir bl-għajnuna tal-Kunsill Lokali, hi waħda minn għadd ta’ attivitajiet kulturali sussidjati mill-iskema Attivitajiet Kulturali għas-sena 2017.
Kollox jibda b’logħob tal-futbol five-a-side għat-tfal u ż-żgħażagħ. Imbagħad jissoktaw attivitajiet mill-klabb tar-Regatta, artisti u artiġjani, logħob tal-boċċi, għana, platti Maltin, wirja tal-ħamiem, kif ukoll mużika minn Chiara, Mark Spiteri Lucas Band u Ludwig Galea fost l-oħrajn. 
Ritratt: DOI – Pierre Sammut