Home Lifestyle L-istudenti tat-Teoloġija b’diskussjoni dwar il-ħidma pastorali

L-istudenti tat-Teoloġija b’diskussjoni dwar il-ħidma pastorali

minuta qari

Il-bidliet li għaddiet minnhom is-soċjetà u l-effetti tagħhom fuq il-ħidma pastorali se tkun is-suġġett tad-diskussjoni li se tittella’ mill-Għaqda Studenti tat-Teoloġija (GħST) tal-Università ta’ Malta.
Id-diskussjoni, li ssir kull sena, bit-tema Il-Parroċċa: Missjoni jew Manutenzjoni? qed tfakkar it-72 sena mit-twaqqif tal-għaqda, magħrufa bħala Jum il-Fondazzjoni.
Permezz ta’ analiżi soċjoloġika, teoloġika u pastorali se jinsiltu konklużjonijiet mill-kelliema ewlenin, fosthom il-Vigarju Ġenerali, Mons. Dr Joe Galea Curmi, il-President tal-Kulleġġ tal-Kappillani, Rev. Kan. Anton Galea-Scannura u Rev. Dr Joe Inguanez, mill-Institut għar-Riċerka u l-Formazzjoni Discern Malta.
Il-laqgħa se ssir illejla fis-7pm fir-Refettorju l-Antik tal-Kurja.
Sir af aktar minn hawnhekk.