Ippremjat f’isem l-MCAST

minuta qari

L-Amministratur tal-Kurriklu u l-Ambaxxatur għal Malta f’isem l-EPALE, Ramon Mangion, rebaħ ir-rikonoxximent għall-aktar ambaxxatur Malti li ta kontribut f’isem l-EPALE.
L-EPALE hija komunità onlajn iffinanzjata mill-Kummissjoni Ewropea u l-għan tagħha hu li tiżviluppa l-professjoni u ttejjeb il-kwalità tat-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa kollha.
Flimkien ma’ 13 –il ambaxxatur ieħor tal-EPALE, Mangion kien qed jirrappreżenta lill-MCAST u ġie ppremjat għall-ammont u l-valur tal-kontribuzzjonijiet tiegħu.
Sehmu f’din il-komunità onlajn inkludiet; il-kitba ta’ bosta bloggs, it-tixrid tal-pjattaforma mal-istudenti tiegħu, stedina lid-Direttorat fuq stazzjon tar-radju, il-preżenza dejjiema tiegħu fil-laqgħat, u r-reġistrar kontinwu ta’ ħaddiema ġodda tal-EPALE.
Ritratt: DOI- Omar Camilleri