Home Aħbarijiet L-Oppożizzjoni trid li jiġi diskuss il-Brexit

L-Oppożizzjoni trid li jiġi diskuss il-Brexit

minuta qari

F’ittra mibgħutha lill-President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, Edward Zammit Lewis, Carmelo Mifsud Bonnici u David Stellini talbu formalment li fl-ewwel seduta tal-istess kumitat jiġi diskuss il-Brexit.
Fl-istess ittra huma qalu li hemm bżonn li jintgħarfu x’inhuma l-effetti u l-konsegwenzi tal-Brexit fuq Malta u l-kumplament tal-UE.
Huma ukoll talbu li jekk ikun possibli jiġi mistieden Joseph Zammit Tabona f’isem il-Grupp ta’ Ħidma għall-Promozzjoni tal-Kummerċ bejn Malta u r-Renju Unit.
L-Oppożizzjoni saħqet li l-moviment liberu taċ-ċittadini Ewropej jinħtieġ attenzjoni speċjali filwaqt li rrikonoxxiet li ministri varji diġà ppreparaw rapporti fuq l-effetti tal-Brexit.
Aqra l-ittra bil-Malti minn hawn.