L-uniformi tal-Air Malta fost l-aqwa 10

minuta qari

Sit internazzjonali li jagħti informazzjoni dwar membri tal-ekwipaġġ ta’ linji tal-ajru għażel l-uniformi tal-Air Malta fost l-aqwa 10.
L-Air Malta, li ġiet fis-sitt post, hi deskritta bħala waħda mill-iżgħar linji tal-ajru, b’10 ajruplani, iżda li għandha waħda mill-iktar uniformi puliti.
Il-ħaddiema ħadu gost b’din l-aħbar, hekk kif qalu li kummenti pożittivi jgħinuhom jagħmlu x-xogħol tagħhom, filwaqt li sostnew li l-uniformi hi waħda komda.
L-uniformi ġiet iddisinjata minn Carlo u Stefania Schembri.
L-ordni tal-aqwa uniformi tal-linji tal-ajru qiegħda hekk: Etihad, Flybe, jetBlue, Emirates, Finnair, Air Malta, S7 Airlines, Thai Airways, Fiji Airways u Air New Zealand.
Tista' tara l-lista hawnhekk.