Home Lifestyle L-uragan jaħtaf tifla ta’ sentejn

L-uragan jaħtaf tifla ta’ sentejn

minuta qari

Tifla ta’ sentejn hija waħda mill-vittmi tal-Uragan Irma, hekk kif spiċċat taret minn dirgħajn qaribtha f’Barbuda.
Dan irrakkuntah Eli Fuller, li mar Barbuda bi provvista għar-residenti milquta mill-maltempata. Hemmhekk huwa ltaqa’ ma’ mara b’xi ġrieħi u li kienet għadha kif tilfet tarbija minn dirgħajha.
B’qalb maqsuma u għajnejh iduru fid-dmugħ, Fuller qal li din il-mara kellha wiċċha mgeżwer fil-faxex u spjegatlu kif iġġarraf is-saqaf ta’ darha.
Fuller spjega li Barbuda qisha ntlaqtet minn bomba nukleari.