Home Lifestyle Lesti l-umbrella!

Lesti l-umbrella!

minuta qari

Fi tmiem din il-ġimgħa l-maltemp jidher li se jersaq fuq Malta, iżda mhux se jolqotna daqs l-Isqallin.
Skont is-sit firstmalta.com, għalkemm se taħkimna maltempata, mhux se tkun daqstant qawwija, u għaldaqstant m’hemmx lok ta’ allarm.
Anke l-Uffiċċju Metereoloġiku qed ibassar ix-xita fil-jumejn li ġejjin.
Is-Sibt qed jipprevedi ċans ta’ ħalbiet tax-xita, iżda l-Ħadd mistennija tinżel bil-ħodon.
Minkejja x-xita, it-temperaturi mhux se jonqsu wisq, hekk kif għada l-ogħla temperatura se tkun 27 grad Celsius u l-Ħadd 26 grad.
Il-maltemp iġib il-bnazzi u t-Tnejn u t-Tlieta l-ajru jerġa’ jiftaħ.
Madanakollu mhux se jdum… l-Erbgħa lesti biex tibqa’ ġewwa: imbassra maltempata!