Home Sport ​Lukaku huwa l-iskont tas-sajf – Mourinho

​Lukaku huwa l-iskont tas-sajf – Mourinho

minuta qari

Wara r-rebħa tajba li Manchester United kisbu kontra Basel ilbieraħ fil-UEFA Champions League bl-iskor ta’ 3-0, il-kowċ Jose Mourinho laqqam lil Romelu Lukaku bħala l-iskont tas-sajf.
Dan minħabba li l-€75 miljun illi r-Red Devils ħarġu biex jixtruh mingħand Everton, diġà ġabuhom, anzi skont Mourinho l-prezz tiegħu issa żdied wara dawn l-aħħar wirjiet.
Lukaku skorja sitt gowls f’sitt logħbiet, medja impressjonanti għall-attakkant illi qagħad sew għall-iskemi tat-tim il-ġdid tiegħu.
Manchester United kienu ilhom 21 xahar ma jipparteċipaw f’din il-kompetizzjoni u kellhom ritorn mill-aqwa li tpoġġihom favoriti li jagħmluha għal rawnd ieħor.