Awdjo: ‘Malta Diżastru Totali’: l-aqwa paġna Maltija fuq Facebook

minuta qari

Il-paġna ‘Malta Diżastru Totali’ fuq is-sit ta’ networking soċjali Facebook rebħet l-award għall-aqwa paġna Maltija fuq Facebook.

F’kummenti ma’ Newsbook, dawk responsabbli minn din il-paġna sostnew li l-paġna imexxuha n-nies stess li jħossuhom liberi biex jitfgħu kwalunikwe tip ta’ materjal li jħossu li huwa ta’ interess għall-kumplament tan-nies li jsegwu din il-paġna.

Dawk responsabbli mill-paġna ‘Malta Diżastru Totali’ sostnew li din kienet it-tieni sena li rebħu dan l-award, filwaqt li qalu li huma jagħtu spazzju wkoll għal diversi stejjer u aħbarijiet miktuba mill-ġurnalisti, bil-għan li l-qarrejja tal-paġna ikunu infurmati b’dak kollu li qed jiġri madwarhom.

Ir-ritratti juru l-logo l-ġdid tal-paġna ‘Malta Diżastru Totali’ li se jibda’ jintuża minn għada.