Home Sport ​Man Utd interessati f’Willian

​Man Utd interessati f’Willian

minuta qari

Xi rapport fil-midja Ingliża sostnew illi Chelsea qed jippruvaw ibigħu lill-plejer tagħhom Willian sabiex iġibu flus biżżejjed u jixtru lil Lucas Moura ta’ Paris St Germain.
Dan il-fatt ġiegħel lil Manchester United biex juru l-interess tagħhom fil-plejer Brażiljan iktar u iktar għax Jose Mourinho jerġa jsib ruħu jikkowċjah. Fil-fatt skont il-gazzetta The Star, Willian u Mourinho għandhom relazzjoni tajba ma’ xulxin fiż-żmien meta kien imexxi minn fuq il-bank tal-Blues ftit tas-snin ilu.
Dan kollu jista’ jħajjar lil Willian imur fit-Tramuntana tal-Ingilterra sabiex jingħaqad mar-Red Devils.
Il-plejer ta’ 29 sena deher fit-12-il partita li lagħbu Chelsea għalkemm dan l-aħħar iktar kien qed jidħol bħala sostitut.
Huwa s’issa għadu ma sabx ix-xibka u għalhekk xi kritiċi Ingliżi qed isostnu illi jekk jingħaqad ma’ klabb ieħor, Willian jista’ jerġa’ jsib il-forma l-antika tiegħu.