Home Aħbarijiet Internazzjonali Mara tmut u oħrajn jindarbu wara li karozza nstaqet għal fuq dimostranti...

Mara tmut u oħrajn jindarbu wara li karozza nstaqet għal fuq dimostranti f’Virginia

minuta qari

Mara nqatlet u d-19-il persuna ndarbu meta karozza nstaqet għal fuq persuni li kienu qed jipprotestaw f’dimostrazzjoni organizzata minn gruppi tal-lemin estrem fl-istat ta’ Virginia fl-Istati Uniti.
Aktar kmieni, kien irrapurtat ġlied bejn dawk li jsejħu lilhom infushom nazzjonalisti u dimostranti oħra li niżlu wkoll fit-toroq jipprotestaw kontrihom.
Intant, il-Gvernatur ta’ Virginia, Tryy McAuliffe qal li l-uniku messaġġ li jista’ jgħaddi lil dawk li “qajmu kaos fil-belt ta’ Charlottesville” huwa: “morru d-dar.”
Min-naħa tiegħu, l-Avukat Ġenerali tal-Istati Uniti, Jeff Sessions, qal li l-vjolenza li seħħet f’Charlottesville hija attakk fuq il-qalba tal-liġi u l-ġustizzja Amerikana.
Il-Pulizija arrestat lis-sewwieq tal-karozza, li għad għandu biss 20 sena.
Aktar kmieni, f’inċident separat iżda fl-istat stat, ħelikopter tal-Pulizija ta’ Virginia waqa’ u ħalla żewġ persuni mejta.