Home Aħbarijiet Marlene Farrugia mhux se tibqa’ tmexxi l-PD

Marlene Farrugia mhux se tibqa’ tmexxi l-PD

minuta qari

Il-Kap tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia ħabbret li mhux se tikkontesta l-kariga ta’ Kap tal-PD.
Fuq Facebook, Dr Farrugia qalet li se tibqa’ tikkontribwixxi fil-Partit iżda mhux f’xi rwol partikolari.
Stqarret li għandu jingħata l-ispazju u l-opportunità lil nies oħra li jridu jservu fil-Partit Demokratiku, biex il-poplu jerġa’ jikseb il-fiduċja fil-politika.
Hija ddeskriviet lill-PD bħala għodda biex iservi lil Malta.
Stiednet lil dawk in-nies interessati li jidħlu fil-PD biex javviċinaw lill-Partit, għax fi kliemha Malta għandha bżonn aktar nies minħabba li spiċċat mmexxija minn sangisugi.
Fl-aħħar elezzjoni ġenerali, il-PD ikkontesta permezz ta’ koalizzjoni mal-Partit Nazzjonalista. Fl-elezzjoni ġew eletti żewġ membri tal-PD: Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia.
Ritratt: arkivji