Home Aħbarijiet ​Mil-lum ‘il quddiem: Past papers tal-MATSEC b’xejn

​Mil-lum ‘il quddiem: Past papers tal-MATSEC b’xejn

minuta qari

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo ħabbar li l-past papers tal-O levels u tal-A levels tal-MATSEC se jkunu b’xejn mil-lum ‘il quddiem.
Dan qalu waqt konferenza tal-aħbarijiet fi skola f’Ħad-Dingli. Il-Ministru spjega li qabel, biex jinxtraw il-past papers ta’ erba’ snin f’għaxar suġġetti, wieħed kien ikollu jonfoq madwar €50.
Fakkar ukoll li kif kien imħabbar fil-Baġit, matul is-sena d-dieħla dawk li se japplikaw biex jagħmlu l-eżamijiet tal-MATSEC, se jkunu qed iħallsu biss nofs il-ħlasijiet dovuti għal dawn l-eżamijiet. Il-miżati tal-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC se jitneħħew għal kollox is-sena ta’ wara.
Il-Ministru Bartolo wiegħed ukoll li se jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-għalliema.
Biex taċċessa l-past papers tal-MATSEC b’xejn, agħfas hawn.
Ritratt: DOI – Pierre Sammut