Home Lifestyle Min-nhar it-Tnejn noħolmuh dan it-temp sabiħ!

Min-nhar it-Tnejn noħolmuh dan it-temp sabiħ!

minuta qari

Ir-ritratt li llum irċievejna fuq info@newsbook.com.mt juri l-Imdina u t-temp mill-isbaħ għal dan iż-żmien tax-xitwa.

Imma dan it-temp sabiħ jidher li daqt jibqa’ biss ħolma hekk kif min-nhar it-Tnejn li ġej se jerġa’ jkollna maltempata ta’  xita u sajjetti.

Dejjem skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku, għada s-Sibt u l-Ħadd it-temp fuq il-gżejjer Maltin se jkun ftit imsaħħab.

Min-nhar it-Tnejn mistenni jkollna xita bir-ragħad. It-Tlieta se tagħmel ħalba xita filwaqt li l-Erbgħa se jerġa’ jkollna xita bir-ragħad.

 

Ritratt: Ivan M.Consiglio/Malta24