Home Aħbarijiet M’intix komdu ma’ Delia? Titlaq jew tibqa’ fil-PN?

M’intix komdu ma’ Delia? Titlaq jew tibqa’ fil-PN?

minuta qari

Is-suġġeriment ta’ Peppi Azzopardi lil dawk il-persuni fil-Partit Nazzjonalista li mhumiex komdi b’Adrian Delia bħala kap kien skjett waqt il-programm Newsline fuq RTK: “min mhux komdu jitlaq”, iżda mhux kulħadd jidhirlu li billi jitlaq se jkun qed isir ġid il-PN.
Delia ħabbat wiċċu ma’ għadd ta’ persuni fil-partit li ma jriduhx f’dil-pożizzjoni.
Kevin Cassar, ekskandidat tal-PN, ilbiraħtlula fuq Facebook ippubblika l-ittra li bagħat lill-partit biex jirriżenja, filwaqt li talbu jannullalu t-tessera għal għomru.
Jikkritika d-diskors tal-kap il-ġdid ‘kontra l-mibegħda’, li skont Cassar qed jużah biex isikket lil min ma jaqbilx miegħu.
Finalment, hemm min bħal Manuel Delia, tesserat tal-PN, li fil-blogg tiegħu qal li jemmen li min qed jitlaq mill-PN minħabba Delia, qed ifarfar minn responsabbiltajiet.
Jargumenta li n-nuqqas ta’ sodisfazzjon bir-riżultat mhux se jitrażżan billi tinqata’ mill-partit.
Inti x’taħseb? Min ma jaqbilx ma’ Adrian Delia għandu jitlaq mill-PN?
Ivvota fil-poll imħejji minn Newsbook.com.mt.