Home Sport ​Mourinho jrid lil Joao Mario

​Mourinho jrid lil Joao Mario

minuta qari

Il-kowċ ta’ ManchesterUnited Jose Mourinho għandu x-xewqa li għax-xahar id-dieħel jakkwista lill-plejer ta’ Inter Joao Mario bi tpartit ma’ Juan Mata.
Skont dak li rrapurtat il-gazzetta Taljana Il Corrieredello Sport, Mourinho irid itejjeb iċ-ċentru ta’ nofs il-grawnd u l-plejer Portugiż jista’ jkun ideali sabiex jimla dak ir-rwol.
Madanakollu l-Interisti mhumiex daqshekk ħerqana li jieħdu lil Mata bi tpartit hekk kif jixtiequ plejer ieħor tar-Red Devils illi bħalissa xejn m’hu jilgħab u dan m’hu ħadd ħlief l-attakkant Henrikh Mkhitaryan.
Iż-żewġ partijiet mistennija jiltaqgħu fil-jiem illi ġejjin ħalli jaraw liema hi l-aqwa operazzjoni possibbli f’dan ir-rigward.