Home Lifestyle Mur lura 5,600 sena waqt li dduq xi frawla Mġarrija

Mur lura 5,600 sena waqt li dduq xi frawla Mġarrija

minuta qari

It-Tempji ta’ Skorba fiż-Żebbiegħ se jinfetħu minn Heritage Malta waqt l-avveniment annwali Frott il-Bidwi Mġarri.
Il-Heritage iddeskriviet lit-Tempji ta’ Skorba bħala l-fulkru tal-agrikoltura Maltija, mhux biss minħabba l-veduta tal-ambjent rurali, iżda wkoll għax ifakkru lil ħaddieħor fl-art li għannqithom tul is-sekli.
Fil-fatt, is-sit ilu ddikjarat mill-UNESCO bħala sit fil-Lista tal-Wirt Dinji sa mill-1992.
Is-sit hu magħruf l-aktar għas-sejbien ta’ żewġ strutturi preistoriċi li jmorru lura sa dawk tal-Ġgantija u ta’ Ħal Tarxien, sa 3,600 sena Q.K.
Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku sabiex japprofitta mill-prezz imraħħas ta’ €3 u jżur dan is-sit, waqt li fl-istess ħin igawdi mill-veduti u l-attivitajiet li se jkun hemm waqt Frott il-Bidwi Mġarri.
Is-sit se jkun miftuħ dakinhar tal-attività, bejn 1d-9am u 12pm, u se jkun hemm dawriet mas-sit minn gwida professjonali kull siegħa. L-ewwel dawra, bl-Ingliż, se ssir fid-9.30am.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit tal-Heritage.