Home Lifestyle Mużika Mużika country minn Peter Calamatta b’risq l-Inspire

Mużika country minn Peter Calamatta b’risq l-Inspire

2 minuti qari

Lil Peter Calamatta normalment nassoċjawh mad-dinja tal-pjanti, għalhekk kienet ta’ sorpriża għal ħafna meta żvela li se jippubblika diska bil-mużika country fl- età ta’ 72 sena.
L-album fih 24 interpretazzjoni ta’ diski popolari minn matul is-snin. Fost l-oħrajn insibu Your Cheating Heart, Lady, Lucille, After the Lovin u Kiss an Angel Good Morning.
Wieħed jista’ jakkwista kopja minn fuq is-sit uffiċjali ta’ Inspire: www.inspire.org.mt u jirċievi kopja bil-posta. Dan jinsab għal bejgħ ukoll mill-Inspire Foundation ġewwa Bulebel u Marsascala. Id-donazzjoni ta’ €10 tmur kollha għas-servizzi tal-Inspire.
X’ġiegħel lil Peter jagħmel dan?
“Il-Mużika country minn dejjem kienet għal qalbi. Kont ħsibt li kien għadda ż-żmien li nibda xi ħaġa ġdida f’ħajti, iżda kien hemm min għamilli kuraġġ u ddeċidejt li nipprova. Ma kont se nitlef xejn billi nipprova…”, jgħid Peter.
Imbagħad Peter xtaq li dan il-passatemp jiswa għal xi ħaġa. “Dak iż-żmien kellimt lil Fr Hilary Tagliaferro u ddeċidejna li noħorġu CD għal-żmien il-Milied. Wara dik, għamilna ħamsa oħra, bil-qliegħ kollu jmur għal Millenium Chapel”.
Din is-sena, Peter iddeċieda li jgħin kawża oħra u l-aħħar CD tiegħu hija b’risq l-Inspire Foundation.