Home Sport ​Ninsab kuntent ma’ Juventus – Bernardeschi

​Ninsab kuntent ma’ Juventus – Bernardeschi

minuta qari

F’kummenti li ta lis-sit calciomercato.it, l-attakkant ta’ Juventus Federico Bernardeschi jemmen illi l-isfida li għandhom il-ġimgħa d-dieħla fil-UEFA Champions League kontra Sporting Lisbon tista’ tkun deċiżiva għall-kwalifikazzjoni tagħhom għal round ieħor ta’ din il-kompetizzjoni.
L-eksplejer ta’ Fiorentina jinsab eċitat u fl-istess ħin kburi li qed jilgħab dawn il-partiti hekk kif qed jidra l-ambjent Juventin.
Bernardeschi beda sa mill-ewwel minuta fil-partita tal-kampjonat kontra Atalanta u skorja wieħed mill-gowls f’din il-partita.
Jidher illi Massimiliano Allegri se jerġa' jagħtih ċans li jibda mill-bidu wkoll fil-partita li għandhom fi tmiem ta' din il-ġimgħa kontra Lazio.