Home Sport ​Ozil jista’ jġedded il-kuntratt – Sogut

​Ozil jista’ jġedded il-kuntratt – Sogut

minuta qari

L-aġent tal-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Arsenal Mezut Ozil żvela li l-Ġermaniż jixtieq jibqa’ l-Ingilterra għal sentejn jew tliet snin oħra.
Erkut Sogut sostna li t-taħditiet sabiex Ozil jġedded il-kuntratt mal-Gunners jinsabu sejrin lejn direzzjoni pożittiva.
Il-ftehim ta’ Ozil mal-klabb tiegħu jiskadi fl-aħħar ta’ dan l-istaġun bi klabbs bħal Manchester United, Fenerbache, Inter u Barcelona ferm interessati fis-servizzi tiegħu.
Fl-aħħarnett Sogut temm il-kummenti tiegħu billi qal li m’hemm l'ebda problemi marbutin mal-plejer Ġermaniż mal-klabb immexxi minn Arsene Wenger.