Pajjiżi tal-UE jistgħu jnaqqsu l-bejgħ tad-dinghies lil-Libja

minuta qari

L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jistgħu jistrinġu u jnaqqsu l-bejgħ ta’ dingis u muturi għad-dgħajjes lil-Libja.
L-Unjoni Ewropea ħadet din id-deċiżjoni sabiex tipprova twaqqaf it-traffikar tan-nies fil-Mediterran.
Dan ġie deċiż f’laqgħa fi Brussell wara li għaddew l-emendi, proposti u negozjati f’Malta waqt il-Presidenza Maltija. Matul il-laqgħa l-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea aċċettaw li l-pajjiżi jwaqqfu l-esportazzjoni meta jkun hemm suspett li l-affarijiet se jintużaw mit-traffikanti tal-persuni.
Huma qablu wkoll li jestendu l-ħidma tal-għajnuna mal-fruntiera tal-Libja sal-aħħar tas-sena d-dieħla.