Palazz fil-Belt jinxtegħel biex iżid l-għarfien dwar marda

minuta qari

Malta ngħaqdet ma’ diversi pajjiżi oħra minn madwar id-dinja biex ilbieraħ fakkret l-Inflammatory Bowel Disease Day, bil-għan li jiżdied l-għarfien dwar din il-kundizzjoni.
Bħala parti mill-inizjattiva ta’ din is-sena, Palazzo Castellania fil-Belt Valletta, fejn jinsab il-Ministeru għas-Saħħa, inxtegħel bil-lewn vjola li hu l-kulur simbolu ma’ din il-kundizzjoni.
L-Inflammatory Bowel Disease hi diżordni gastro-intestinali li taffettwa bejn 2.5 u 3 miljun ruħ fl-Ewropa, l-iktar f'pajjiżi mill-iktar żviluppati.
Hu mifhum li maż-żmien, l-inċidenza għal din il-marda qed tiżdied. 
Taffettwa kull aspett tal-ħajja tal-bniedem u hi piż għal dak li jkun, għas-sistemi tas-saħħa u għas-soċjetà.