Home Aħbarijiet Passiġġiera titlef ħajjitha f’inċident tat-traffiku

Passiġġiera titlef ħajjitha f’inċident tat-traffiku

minuta qari

Mara ta’ 78 mir-Rabat tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku fil-Baħrija.
Il-mara kienet passiġġiera f’karozza misjuqa minn mara ta’ 56 sena mir-Rabat.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq Bieb ir-Ruwa, fil-Baħrija.
Jidher li l-mara ta’ 56 sena baqgħet dieħla f’karozza li kienet ipparkkjata.
L-anzjana ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post, filwaqt li x-xuffiera ma ġarrbet ebda ġireħi.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.
Ritratt: arkivji