Home Sport Patrik Schick viċin li jingħaqad ma’ Inter

Patrik Schick viċin li jingħaqad ma’ Inter

minuta qari

Patrik Schick huwa ferm viċin ta' Inter hekk kif fil-bidu ta’ din il-ġimgħa mistenni jkun magħluq dan it-transfer.
Schick kien qed jissemma’ ħafna ma’ Juventus fil-bidu ta’ dan is-sajf, iżda mbagħad wara testijiet mediċi rriżulta li kellu xi komplikazzjonijiet f’qalbu.
Min-naħa l-oħra, wara l-aħħar testijiet, Schick jidher illi jinsab fi stat ta’ saħħa tajba u għalhekk il-klabb minn Milan huwa lest għalih.
Ġaladarba jseħħ dan it-transfer, Sampdoria jispiċċaw mingħajr attakkant u għalhekk jixtiequ lura lil Eder, madankollu Spalletti, il-kowċ Interist ma jixtieqx iħalli lil dan il-plejer jitlaq.