Home Aħbarijiet Persuna rrappurtata nieqsa

Persuna rrappurtata nieqsa

minuta qari

Alfred Mifsud ta’ 58 sena ġie rrappurtat nieqes.
Il-Pulizija qalet li Mifsud deher l-aħħar qrib bar li jinsab viċin Għar Dalam f’Birżebbuġa.
Aktarx li l-persuna qed tuża Landrover Freelander kulur id-deheb.
Kull min għandu xi informazzjoni u biha jista’ jgħin lill-Pulizija, mitlub iċempel lill-Kwartieri Ġenerali fuq 21224001, inkella n-numru tal-Emerġenza 119.
Wieħed jista’ jħalli l-informazzjoni f’kull għassa distrettwali.
Ritratt: CMRU