Persuni mejta u eluf evakwati wara nirien qawwija f’Kalifornja

minuta qari

Minn tal-inqas 10 persuni tilfu ħajjithom f’nirien li qed jaħkmu reġjun famuż għall-produzzjoni tal-inbid fl-istat ta’ California, fl-Istati Uniti.
Eluf ta’ persuni ġew evakwati minn djarhom hekk kif in-nirien qed ikomplu jinfirxu b’ritmu mgħaġġel.
Skont awtoritajiet, sa issa ġew meqruda madwar 1,500 residenza filwaqt li għadd ta’ persuni għadhom mitlufa.
Il-Gvernatur ta’ California saħansitra ddikkjara emerġenza.
Sa issa għadu mhux magħruf x’kebbes in-nirien.