Pitturi ta’ Dario Fo għall-Biennale tal-Imdina

minuta qari

Kollezzjoni rara ta’ pitturi tar-rebbieħ tal-Premju Nobel Dario Fo, se jiġu murija waqt l-ewwel edizzjoni mill-ġdid tall-Biennale tal-Imdina.
Il-Biennale ta’ arti kontemporanja, organizzat mill-Katidral tal-Imdina, se jerġa’ jibda jsir, wara waqfa ta’ għadd ta’ snin. It-tema, din is-sena, hi ta’ “Kristjanità, Spiritwalità, u d-Diversità”.
Se jsir bl-għajnuna tal-bank APS u mistenni jippreżenta artisti internazzjonali fil-qasam viżwali u fl-arti performattiva.
Il-Biennale se jibda fit-13 ta’ Novembru u jibqa’ għaddej sas-7 ta’ Jannar, bl-attivitajiet prinċipali jsiru fil-Katidral tal-Imdina u f’postijiet storiċi oħra fil-belt qadima.
Ix-xogħlijiet tal-kittieb, drammaturgu, u kummentatur politiku Dario Fo, li se jkunu għall-wiri f’Malta, huma parti minn kollezzjoni privata tad-direttur artistiku Giuseppe Schembri-Bonaci, li għandu ħbiberija twila s-snin ma’ Fo u ma’ martu, Franca Rame, li mietet sentejn ilu.
Iktar informazzjoni dwar il-Biennale tal-Imdina tinkiseb mis-sit uffiċjali www.mdinabiennale.org