Qatt innutajt din it-toqba fl-iPhone tiegħek?

minuta qari

Riċentament ħafna nies bdew jistaqsu x’inhi t-toqba żgħira li hemm ħdejn il-kamera fuq wara tal-iPhone.
Ħafna faċilment jistgħu ma jindunawx biha għax tassew żgħira, filwaqt li wisq inqas ħasbu dwar x’tagħmel.
Pero fil-verità dik it-toqba għandha skop importanti ferm, għal filfatt hi mikrofonu li jintuża l-aktar għal voice recognition ma' assistenti diġitali bħal Siri  jew Google Assistant.
Wieħed mit-tliet mikrofoni li għandu l-iPhone, dak li hemm fuq wara ħdejn il-kamera jintuża speċifikament biex jirrekordja l-awdjo meta tieħu filmat.
Iż-żewġ mikrofoni l-oħra qegħdin taħt l-ispiker fuq quddiem u l-ieħor jinsab fil-qiegħ għal meta ċċempel.
L-użu ta’ tliet mikrofoni għal mowbajls kienet introdotta mill-kumpanija Apple meta nediet l-iPhone 5 fl-2012.