Home Aħbarijiet ​Raġel jinstab ferut f’San Pawl il-Baħar

​Raġel jinstab ferut f’San Pawl il-Baħar

minuta qari

Raġel instab ferut mal-art wara li sofra ġrieħi b’arma taqta’ u bil-ponta.
Il-każ seħħ fi Triq il-Korp tal-Pijunieri San Pawl il-Baħar għall-ħabta tat-3am.
Pulizija marru fuq il-post fejn sabu lir-raġel, li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, ferut wara li allegatament kien involut f’argument.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija qed tfittex raġel ta’ madwar 50 sena sabiex jassisti fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.
Ritratt: Arkivji