Home Aħbarijiet Raġel jitlef ħajtu wara li waqa’ f’bastiment f’Birżebbuġa

Raġel jitlef ħajtu wara li waqa’ f’bastiment f’Birżebbuġa

minuta qari

Raġel ta’ madwar 30 sena tilef ħajtu wara li waqa’ ġewwa bastiment li kien qiegħed fl-Oil Tanking Services ħdejn il-Port Ħieles, Birżebbuġa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5pm f’post maghruf bhala Kalafrana fejn jidher li r-raġel Tork storda u waqa’ minn għoli ta' madwar sitt metri f’xi sezzjoni tal-vapur. 
Membri tal-Protezzjoni Ċivili, ambulanza, u tabib issejħu minnufih iżda r-raġel ġie iċċertifikat mejjet fuq il-post.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.
Fi stqarrija, il-Malta Freeport Terminals iċċarat li l-inċident ma seħħx fil-Malta Freeport