Home Aħbarijiet Raġel jitwaqqaf fl-ajruport wara li nstabu fuqu aktar minn €11,000

Raġel jitwaqqaf fl-ajruport wara li nstabu fuqu aktar minn €11,000

minuta qari

Uffiċjali tad-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta waqqfu raġel li kien fi triqtu lejn il-Kajr, fl-Eġittu, wara li fuqu nstab li kellu €11,300 fi flus kontanti.
Waqt tfittxija, l-uffiċjali sabu l-flus minn diversi pajjiżi, fil-handluggage tar-raġel Libjan, ftit qabel ma qabad titjira lejn Istanbul.
Huwa kellu €11,300, 2,060 Lira Eġizzjana u 140 Dinar Tuneżin.
Ir-raġel twaqqaf wara li ma ddikjarax mad-Dwana li se jivjaġġa b’aktar minn €10,000 fuqu.
Hu qal li ma kienx jaf b’din il-liġi u insista mal-uffiċjali li kien se juża l-flus biex ikopri l-ispejjeż tal-vjaġġi.
Il-liġi Ewropea u anke dik Nazzjonali tirrikjedi li min se jsiefer b’aktar minn €10,000, għandu jiddikjara dan fid-Dwana tal-pajjiż.