Aġġornata: Anzjan imut wara diffikultà fil-baħar f’Marsalforn

minuta qari

Anzjan ta' 89 sena residenti San Pawl il-Baħar miet wara li sab ruħu f'diffikultà meta kien qed jgħum fil-Bajja ta' Marsalforn.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li kien ftit qabel nofsinhar li waslet l-ambulanza b’tim mediku biex jingħata l-ewwel għajnuna, fejn xi nies kienu diġà ppruvaw jassistuh.
Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn aktar tard miet.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.